Kill Your Idols... the Xifer Spoof
0 Comments Published by Jacques René Zammit on Wednesday, November 23 at 5:32 pm.Imiss il-parodija tas-serjetà. Trid toqghod attent. Ghax il-linja bejn ic-cajt u s-serjetà hija dejqa u facilment irriversibbli. U hawn elit li c-cajt ikollu jgharblu u jaghzel fejn huwa accettabbli u fejn mhux. Elit personali li johloq ir-regoli tal-loghba hu stess u mita taqbizlu jitfa' l-ikbar tantrum. Dak ta' "ghax meta taqbizli imbaghad ma nibqax nirraguna". Imma forsi jekk titfaghlhom il-muzika ta' Morrisssssssssssssssssssssssssgay f'widnejhom u xi gelato Algida u lejla ma tfajla Litwano-Baltiko-Italo-Hispanika jistghu bil-mod jergghu ghal normal. Imma imbaghad ikun tard wisq. Ghax la taqbez taqbez. U l-maskra taqa'. Tkun hrabt mill-elit tgahna, tal-pulcinelli li nittantaw ix-xemx u l-qamar ghal ma' l-elit intokkabbli li partu id-dahka sinciera u c-cajta ferriegha ghal dik makkinuza u inerta. Tkun tlaqt lill-Benigni biex sibt lil Hector Bruno. Ghax iva... illum qed nghixu iz-zmien tal-politically correct fejn mhux suppost tghid dak li tahseb imma trid tghid dak li jrid jisma' haddiehor. Bilfors. M'humiex armi kimici imma ghodda ta ' illuminazzjoni. M'humiex partiggjani imma partitarji. M'humiex ipokriti imma politikanti. M'humiex halja imma ekonomisti. M'humiex zombies imma bnedmin.
Xi drabi jekk tersaq wisq lejn it-tarf taf taqa' l-isfel, isfel, isfelu ma tergax lura.... imma x'jien nghid... il-pulcinell qajla ikollu ragun.
0 Responses to “Kill Your Idols... the Xifer Spoof”